Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Il-middle class kull ma jmur qed tinżel ‘l isfel minflok titla’ ‘l fuq” – Mons. Victor Grech

Is-soċjetà ta’ snin ilu, u dik tal-lum. Is-sitwazzjoni kurrenti ta’ bosta. Il-faqar u l-għoli tal-ħajja. It-twelid tal-Caritas f’Malta.

Ħajjet Mons. Victor Grech hija mżewqa b’bosta esperjenzi, u illejla fil-programm PROFILI, Mons Grech se jitkellem dwar kif f’pajjiżna hawn faqar ġdid, fejn il-middle class kull ma jmur qed tinżel ‘l isfel.

Mons. Victor Grech tkellem fost l-oħrajn dwar dak l-aktar li qed jinkwetah, b’mod partikolari l-qerda tal-ambjent.

Profili bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul illejla fit-20:30 fuq Net Television