Kunsilli Lokali Lokali

Sindku Laburista ordnat ineħħi bankina

Is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech ġie ordnat mill-Ombudsman tal-Ambjent Alan Saliba sabiex jreġġa lura l-ispejjez tax-xogħlijiet ta’ bankina li ġew ordnati direttament minnu.

Dawn ix-xogħolijiet twettqu min Infrastructure Malta, wara li s-Sindku bagħat ittra ta’ ‘no objection’ mingħajr ma kkonsulta l-Kunsill Lokali. B’ dan l-għaġir mar kontra l-Att tal-Kunsill Lokali fejn imsemmi li kull rakkomandazzjoni li taffettwa lir-residenti tal-inħawi għandha l-ewwel tiġi diskussa mal-Kunsill u ma dawk kollha interessati.

L-Ombudsman tal-Ambjent bagħat numru ta’ mistoqsijiet lis-Sindku dwar il-każ, fejn spiċċa li s-Sindku attakka lil Ombudsman li hu qed jimxi b’mod mhux ekwi fil-konfront tiegħu.

Il-Kunsilliera Nazzjonalista fis-Siġġiewi preżentaw mozzjoni sabiex ikollom iktar informazzjoni dwar dan is-suġġett u talbu li l-ittra ta’ approvazzjoni maħruġa direttament mis-Sindku tiġi preżentata quddiem il-kunsill kollu, wara li dawn tħallew fl-għama fuq din is-sitwazzjoni. Din il-mozzjoni ġiet miċħuda wara li s-Sindku tefa’ l-casting vote tiegħu.

Din mhix l-ewwel darba li s-Sindku ta-Siġġiewi Dominic Grech mexa b’din l-attitudni, hekk kif sentejn ilu kien għajjar lir-residenti ‘moaners’ fuq il-mezzi soċjali.