Sport Sport Ieħor

Table Football: Organizzati l-kampjonat tal-Veterani u n-Knock Out

Is-Sibt li għadda l-Malta Table Football Sports Association organizzat il-kampjonat tal-Veterani li spiċċa b’finali eċitanti bejn Massimo Cremona li jilgħab mal-klabb Taljan Napoli Fighters u Frank Chetcuti Dimech li jilgħab ma’ Valletta Lions Table Football Club bi Cremona jirbaħ 5-2 b’shootout wara li l-logħba ntemmet fi draw ta’ 2-2 wara l-ħin barrani. Biex waslu sal-finali Cremona rebaħ 3-2 wara l-ħin barrani kontra l-plejer ta’ Bormla Subbuteo Club Jason Pisani 3-2 filwaqt li Chetcuti Dimech għeleb lill-plejer ta’ Bormla Subbuteo Club Charles Aquilina 3-0.

Intant il-Ħadd ġiet organizzata n-Knock Out fejn Samuel Bartolo, li jilgħab ma’ Valletta Subbuteo Club irnexxielu jirbaħ din it-tazza biex b’hekk għamel double wara li riċentament kien sar Champion. Fil-finali Bartolo rebaħ 2-0 kontra l-plejer ta’ Bormla Subbuteo Club Jason Pisani.