Lokali

Theżżiża tolqot il-gzejjer Maltin

Terremot li kejjel 4.6 fuq l-iskala Richter, u li l-epiċentru tiegħu kien ftit il’ fuq minn Għawdex inħass fil-gżejjer Maltin għall-ħabta tas-1.40 ta’ waranofisnhar tat-Tlieta.

Minn sorsi li tkellmu ma’ Net news jidher li it-terremot inħass f’diversi lokalitajiet madwar Malta, iżda jidher li t-theżżiża l-aktar li nħasset kienet fil-gzira Għawdxija, fosthom fil-lokalitajiet ta’ Għajnsielem, Qala, Sannat, Għasri u fiz-Zebbug Għawdex.

Deputati li kienu fil-Parlament fil-ħin tat-theżżiża ikkonfermaw ma’ Net News li fil-kamra dehru s-siġġijiet jiċċaqalqu u l-moviment tal-bini nħass sew. Għalkemm il-binja ta’ Renzo Piano kienet inbniet b’tali mod li kienet tiflaħ għal dan it-tip ta’ theżżiż.

Fl-14 ta’ Frar li għadda, pajjiżna kien ħass theżżiża oħra, liema theżżiża kienet tkejlet 4 fuq l-iskala Richter u inħasset għall-ħabta tas-1am ta’ filgħodu fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.