Lokali

Arrestat ir-raġel ta’ Bernice Cassar wara operazzjoni ta’ 17-il siegħa

Ġiet fi tmiemha operazzjoni ta’ iżjed minn 17-il siegħa hekk kif l-allegat agressur ta’ Bernice Cassar, żewġha stess, ġie arrestat fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Kien għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs meta l-Pulizija tal-Ispecial Intervention Unit sgassaw u daħlu fl-appartament tal-allegat aggressur li jinsab fit-tieni sular ta’ blokka appartamenti fi Triq il-Kartaġiniżi, il-Qrendi fejn hemmhekk ġew sparati numru ta’ flash blanks u r-raġel ġie arrestat.

Fil-post il-pulizija sabet ukoll l-arma li x’aktarx kienet intużat fl-omiċidju.

Filwaqt li r-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi waqt li sar l-arrest, huwa xorta waħda ġie assistit minn tim mediku tal-ambulanza li kien fuq il-post. L-ebda uffiċjal tal-Pulizija ma sofra minn xi ġrieħi.