Malta Dairy Products Ltd, il-produtturi tal-prodotti tal-ħalib frisk Benna, nedew żewġ togħmiet ġodda ta’ ġbejniet, il-Ġbejna Moxxa u l-Ġbejna Sagħtar u Kosbor, li jikkumplimentaw il-varjeta’ ta’ togħmiet ta’ ġbejniet li diġa toffri.
Magħmulin minn ħalib frisk Malti u ippasturizzat, il-Ġbejna Moxxa hija ġobna ratba u għalhekk versatili kemm biex tissajjar jew tittiekel kif inhi. Il-Ġbejna Sagħtar u Kosbor hija kemxejn iebsa u mħawwra b’togħma Mediterranja tas-sagħtar u l-kosbor.
Dawn il-ġbejniet huma l-ingredjent idejali biex iżżewwaq kwalunkwe platt bħall-għaġin, insalati, torti jew anke biex jittieklu waħedhom ma kisra ħobż jew bil-galletti.
Malta Dairy Products ilha tipproduċi ġbejniet friski, pasturizzati u ppakkjati b’mod sigur, sa mill-1990. Hija l-unika kumpanija Maltija li ilha toffri prodotti magħmulin mil-ħalib frisk u sikur għal aktar minn 80 sena. Minkejja s-snin, il-prodotti tal-Benna għadhom jiżguraw is-serħan tal-moħħ tal-konsumatur mingħajr ma jikkompromettu t-togħma friska u n-nutrizzjoni tal-prodotti magħmulin mill-ħalib lokali. Kuljum isir monitoraġġ tal-katina sħiħa tal-provista tal-ħalib mir-razzett sal-platt, inkluż il- pasturizzazzjoni.
Malta Dairy Products Ltd hija sussidjarja tal-KPH Group, il-Koperattiva li tiġbor fi ħdanha r-raħħala li jrabbu l-baqar tal-ħalib, u ilha tipprovdi prodotti magħmulin mill-ħalib frisk u prodotti oħra sa mill-1938.
//= $special ?>