Sport Sport Ieħor

Blackball: Magħrufa r-rebbieħa tal-Ewwel Euro Ranking Tournament

(Ir-rebbieħ tal-kategorija Masters Raymond Caruana)

Hekk kif it-Tnejn filgħaxija kien organizzat l-ewwel Euro Ranking Tournament mill-Malta Blackball Federation, intlagħbu ħames finali f’kategoriji differenti.

Fil-kategorija tal-Irġiel wara logħba mill-isbaħ u li baqgħet indeċiża sal-aħħar frame kien Mavrick Zammit li ħareġ rebbieħ 10-9 kontra Johann Attard.

Matthias Debono rebaħ dik ta’ taħt it-23 sena meta għeleb lil Neil Caruana 9-3.

Il-kategorija tas-seniors intrebħet minn Stephen Mangion li għeleb 10-6 lil Kevin Schembri.

F’aktar finali, Raymond Caruana għeleb lil Ivan Rizzo 10-5 fil-kategorija tal-Masters fuq il-50 sena filwaqt li dik ta’ aktar minn 60 sena, Alfred Micallef għeleb l-isfida ta’ Joe Camilleri 8-3.

It-trofej lir-rebbieħa ġew ippreżentati mill-uffiċjal tal-loġistika Teemor Mifsud.

Sadanittant ir-rebbieħa tal-bieraħ għamlu pass eqreb sabiex jiġu magħżula mat-tim nazzjonali.

Qabel il-finali saru l-preżentazzjonijiet lill-finalisti u r-rebbieħa tal-Kampjonati Mondjali