Lokali

Coleiro Preca appuntata President tal-Mediterranean Children’s Movement

Il-President Emeritus, Marie-Louise Coleiro Preca ġiet appuntata bħala President tal-Mediterranean Children’s Movement – moviment li jitfa’ pressjoni fuq il-gvernijiet biex it-tfal ikunu fuq quddiem nett tal-aġenda biex ikollhom futur aħjar.

Dan il-moviment jikkonsisti fi tfal minn sitt pajjiżi – Malta, is-Serbja, it-Tuneżija, Ċipru, Slovenja, u l-Kroazja – liema popolazzjoni tal-pajjiżi tikkonsisti f’madwar 25% ta’ tfal. Hu għalhekk li dan il-moviment jaħdem biex jassiguraw li leħen it-tfal jinstema’ u b’hekk ikun hemm pajjiżi verament demokratiċi anke għal dawk taħt it-18-il sena.

Fost il-kwistjonijiet li jiddiskutu hemm dawk biex jeqirdu l-faqar fost it-tfal, in-nuqqas ta’ ugwaljanza li hawn fis-seħħ, u l-kwalità ta’ edukazzjoni li jirċievu.