Sport Sport Ieħor

Futsal: Karl Luke Schembri magħżul bħala l-Enemed Plejer għax-xahar ta’ Ottubru

Il-plejer ta’ St George’s Futsal Karl Luke Schembri hu r-rebbieħ tal-Enemed Plejer tax-xahar ta’ Ottubru.

Schembri li ngħaqad mat-tim mill-Kottonera riċentement, qed ikollu kampjonat ferm pożittiv skorja diversi gowls importanti għat-tim tiegħu matul ix-xahar li għadda.

Schembri għandu 23 sena u beda jilgħab il-futsal riċentement u mal-ewwel għoġbitu l-logħba.

Il-preżentazzjoni lil Schembri saret mill-president tal-FMA il-perit Mark Borg fejn apparti t-trofew, hu ngħata wkoll xi vouchers mingħand l-isponsors.