Lokali Parlament

Għandhom jiżdiedu r-riżorsi għall-ħidma quddiem il-vjolenza domestika

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li għandhom jiżdiedu r-riżorsi għall-ħidma quddiem il-vjolenza domestika.

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li għandhom isiru iktar laqgħat mal-Italja dwar l-immigrazzjoni u dwar il-prijoritajiet li għandha Malta fil-kuntest tal-Ministeru tal-Intern. Il-ġustizzja u l-intern huma żewġ ministeri importanti ħafna li jimmeritaw iktar flus minn dak li hemm allokati għalihom.

Id-deputat Nazzjonalista qal li kien hemm żieda ta’ 20% fin-nies li qed jgħixu fil-pajjiż; dan għandu konsegwenza fis-sigurtà u fil-qrati. Hu sostna li fil-Korp tal-Pulizija hemm 2,000 uffiċjal; l-istess ammont tal-aħħar 15-il sena m’għadux biżżejjed quddiem l-isfidi tas-soċjetà fosthom dak tal-qtil ta’ Bernice Cassar.

Hemm ukoll każi oħra li qamu matul is-sajf fejn kien hemm, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li qed ikun diffikultà kbira biex isir r-rapporti minħabba li hemm għases magħluqa.

Fost dawn hemm l-Għassa ta’ Ħal Tarxien; dan għandu jbiddel il-mod inħarsu is-sigurtà fejn l-għases għandhom ikunu miftuħa kollha u l-pulizija fit-toroq jiżdiedu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-vjolenza domestika jeħtieġ attenzjoni għalkemm hemm iktar nies li llum qed jersqu lejn l-awtoritajiet. Hu qal li ma tistax tonqos il-fiduċja għax inkella inqas nies imorru jirrapportaw il-każi.

Id-deputat Nazzjonalista appella għal iktar koordinazzjoni u persuni ta’ esperjenza biex dawn il-każi jkunu tratti b’mod immedjat. Il-vjolenza domestika teħtieġ ferm iktar pulizija biex jaħdmu fiha; l-Istat irid iżid ir-riżorsi f’dan ir-rigward kwantità ta’ nies iżda m’hemmx riżorsi biex is-sistema ta’ ġustizzja riparatriċi titħaddem tajjeb.

Hu qal li d-Dipartiment tal-Parole mexa ‘l quddiem u sostna li hemm problema kbira mad-dorga li saret qawwija ħafna fil-pajjiż. Din m’għandhiex tittieħed bħala ġlieda mitlufa, sostna Carm Mifsud Bonnici, li appella li din il-ġlieda għandha terġa’ tinġieb bħala prijorità.