Lokali

“Ħudu azzjoni immedjata” – il-Kummissarju tat-Tfal wara l-omiċidju ta’ Bernice Cassar

“Ħudu azzjoni immedjata biex ma jseħħux aktar traġedji bħal dawn.”

Hekk sostniet il-Kummissarju għat-Tfal Antoinette Vassallo fid-dawl tad-delitt ta’ Bernice Cassar, omm ta’ żewġt itfal, li nqatlet kiesaħ u biered permezz ta’ żewġ tiri ta’ senter f’Kordin.

Il-Kummissarju sostniet li l-Qrati għandhom jingħataw r-riżorsi adegwati sabiex jinstemgħu każijiet ta’ vjolenza domestika kemm jista’ jkun malajr bil-għan li jitnaqqas l-impatt negattiv fuq it-tfal u l-familji tagħhom.

Hija saħqet li għandu jsir aktar sforz sabiex jiġu implimentati miżuri ta’ prevenzjoni aktar effettivi.