Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Ġermanja se tipprova tnessi d-diżappunt tal-aħħar edizzjoni b’rebħa kontra l-Ġappun

(Ritratt: EPA)

14:00 – GRUPP E – ĠERMANJA V ĠAPPUN

Il-Ġermanja se tipprovi tnessi r-riżultat diżappuntanti fl-aħħar edizzjoni fir-Russja. Dakinhar bħala ċ-champions renjanti, il-Ġermanja ġiet eliminata fil-fażi tal-gruppi. Għalkemm mhux meqjusa bħala l-favoriti f’din il-kompetizzjoni, il-kowċ nazzjonali Hansi Flick qed jipprova jibni tim ibbażat fuq iż-żgħażagħ.

Flick se jmexxi lil Die Mannschaft f’Tazza tad-Dinja wara tliet edizzjonijiet konsekuttivi mmexxija minn Joachim Löw. Il-kunfidenza tal-Ġermaniżi jista’ jkun li mhix fl-aqwa waħda hekk kif rebħu biss tnejn mill-aħħar tmien logħbiet. Il-Ġermanja u l-Ġappun qatt ma lagħbu f’logħba kompetittiva iżda l-Ewropej mhux ma tilfux fiż-żewġ konfronti preċedenti, b’rebħa ta’ 3-0 fl-2004 u draw ta’ 2-2 sentejn wara.