Lokali

Il-Gvern se jaqbad u jbiddel il-liġi tal-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards kif jaqbillu

Tard wara nofsinhar kien konfermat illi l-Gvern preżenta mozzjoni għall-Ewwel Qari tal-Abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika – fi kliem semplici, emenda fil-liġi sabiex tghaddi tieghu dwar il-Kummissajru tal-Istandards.

Il-Gvern qed jghid li l-emenda li se jkun qed jippreżenta għandha l-għan li jinħoloq mekkaniżmu f’każ li ż-żewġ naħat tal-kamra jibqgħu ma jaqblux dwar isem li jikseb il-maġġoranza ta’ żewġ terzi. Dan meta l-irwol ta’ Kummissarju tal-Istandards kellu precizament ikun mahtur b’dak il-mod – bi qbil, u minghajr kontroversji politici.

Iżda l-Prim Ministru għażel li jwebbes rasu, u jibqa’ għaddej mingħajr konsultazzjoni. Skont il-Gvern, dan huwa “is-sens komun”.

Din il-gimgha, il-PN qal illi l-arroganza tal-Prim Ministru kull ma jmur qed tkompli tispikka, tant illi issa saħansitra għażel li jigdeb fil-Partlament … meta qal li l-Oppożizzjoni f’xi mument qablet dwar il-ħatra ta’ Joe Azzopardi bħala Kummissarju għall-Istandards. Xi ħaġa li ġiet miċħuda b’saħħa mill-PN.

Fl-istess seduta Parlamentari, Bernard Grech insista li l-Partit Nazzjonalista kien ilu żmien twil joffri l-id tal-ħbiberija u jitlob djalogu ma’ Robert Abela – izda it-tkaxkir tas-saqajn jikkonferma kemm Robert Abela ma jikkonsultax.