20:00 – GRUPP F – BELĠJU V KANADA
Dan verament jista’ jkun l-aħħar ċans għall-ġenerazzjoni tad-deheb tal-Belġju biex tirbaħ kompetizzjoni maġġuri. Il-kowċ Roberto Martinez ukoll jinsab taħt pressjoni hekk kif issa anki l-partitarji qed jibdew ikunu frustrati minħabba li jispikkaw fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni iżda jonqsu li jaslu sal-aħħar meta jgħodd.
Din se tkun l-ewwel logħba tal-Kanada fit-Tazza tad-Dinja f’36 sena. Għaldaqstant il-moral fit-tim Kanadiż ta’ John Herdman jinsab għoli. Huma skorjaw l-aktar u sofrew l-anqas fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni u saħansitra spiċċaw qabel il-Messiku u l-Istati Uniti.
//= $special ?>