Lokali

Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa jgħid illi l-Gvern jeħtieġ jieħu “azzjoni serja”

“Dan ma kienx biss femiċidju, imma kien att ta’ vjolenza fuq l-ulied li spiċċaw mingħajr omm”.

Hekk iddikjara l-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa fi stqarrija iebsa wara l-qtil ta’ Bernice Cassar li seħħ ilbieraħ filgħodu f’Kordin.

Il-Kunsill tan-Nisa insista li l-Gvern jeħtieġ jieħu “azzjoni serja” biex jindirizza s-sitwazzjoni preżenti fejn mara trid tistenna xhur sakemm jinstema’ każ ta’ vjolenza domestika mill-Qrati tagħna. “Hemm bżonn tittieħed azzjoni, mhux nitkellmu biss”, qal il-Kunsill fi stqarrija.

Il-mument li fih ġie arrestat Roderick Cassar