Lokali Parlament

Il-Ministru tal-Finanzi jaħrab mill-mistoqsijiet dwar Stewrad, l-Electrogas u Maġistrat ġdid fuq il-vjolenza domestika

Il-Ministru tal-Finanzi Clye Caruana llejla ħarab milli jwieġeb b’mod dirett fil-parlament għal mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia li staqsa dwar Steward, tad-deputat Nazzjonalista Darren Carabott dwar l-Electrogas tad-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut dwar il-vjolenza domestika.

Mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Adrian Delia dwar kemm mit-€80 miljun allokati għal Steward huma pagi għall-ħaddiema, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li l-Ministeru tal-Finanzi jgħaddi l-ammonti sħaħ u ma jkollux dettalji dwar kif dan l-ammont qed jitqassam u għalhekk din il-mistoqsija għandha ssir lill-ministru konċernat.

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia staqsa wkoll dwar it-totalità tas-somma ivvutata fil-budget u qal li jekk fl-2020 kienu qed jingħataw €48 miljun, li telgħu għal €70 miljun u issa telgħu ukoll għal €85 miljun għal Steward. X’jiġġustifika li f’medda ta’ sentejn l-ammont irdopjja għal Stewrad. X’verifiċi jkunu saru? Staqsa Adrian Delia

Il-Ministru Caruana qal li biex jagħti din l-informazzjoni korretta għandha ssir mistoqsija bil-miktub. Hu qal li l-Ministeru tal-Finanzi jitkellem mal-ministeri rispettivi li jkunu qed jagħmlu t-talbiet tagħhom; f’dan il-każ il-Ministeru ats-Saħħa jressq it-talbiet tiegħu u l-Ministeru tal-Finanzi jara kif ir-riżorsi jkunu qed jinteqfu.

Dwar l-€40 miljun f’taxxi maħfura lill-Electrogas, id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott staqsa jekk dawn hux qed jinġabru, ma jafx min qed jagħmel tajjeb għalihom, jekk l-Electroags hix qed tħallashom, jekk l-Enemalta hix qed tħallas u min qed jagħmel tajjeb għalihom. Il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li ma jistax iwieġeb u talab li l-mistoqsijiet għandhom jsiru bil-miktub.

Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li jidher li l-€40 miljun mhux imħallsa mill-Electrogas mhux problema għall-Ministru Caruana. Hu staqsa lill-Ministru tal-Finanzi kemm tiġi tiswa nefqa ta’ maġistrat ġdid fuq il-vjolenza domestika.

Il-Ministru Caruana wieġeb biss li se jkun hemm żewġ maġistrati oħra li se jkunu fornuti br-riżorsi. Hu qal li l-Minsteru tal-Finanzi dejjem ra li jkun hemm ir-riżorsi disponibbli biex is-servizz ikun aħjar u sostna ma jafx kemm hu l-ammont ta’ pagi li jitħallsu.