Lokali Parlament

Il-qtil ta’ Bernice Cassar setgħet ġiet evitata

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li l-qtil ta’ Bernice Cassar setgħet ġiet evitata u qalet li l-liġijiet mhumiex biżżejjed minħabba li hemm bżonn bidla fil-mentalità u fil-kultura.

Id-deputat Nazzjonalista sostniet li kienet diżappuntata li l-parlament kompla bil-ħidma tiegħu normali propju meta nqatlet Bernice Cassar. Hi kkritikat lid-deputati Laburisti ma staqsewx il-mistoqsijiet lill-Ministru tal-Intern dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar propju meta l-Ministru qam jitkellem.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li kieku kienet deputat Laburista kienet titlob li jilqaqgħu numru ta’ ministeri realati biex jinġiebu flimkien l-imħuħ u d-determinazzjoni biex jinbidlu l-affarijiet.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex il-gvern ineħħi l-arroganza u jiddiskuti anki mal-Oppożizzjoni. Hi sostniet li hemm shelters li qed jaħsubha biex jagħlqu minħabba nuqqas ta’ riżorsi.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar il-proposta ta’ tracking device biex min ikun taħt ordni ta’ protezzjoni jkunu kontrollati. Il-gvern qed jagħti biss flus lil tal-qalba u mhux jinvesti fejn verament hu meħtieġ, sostniet id-deputat Nazzonalista.