11:00 – GRUPP F – MAROKK V KROAZJA
Il-Marokk u l-Kroazja se jiltaqgħu f’Al Bayt Stadium konxji qabel iż-żewġ timijiet l-oħra fi Grupp F. Għall-Afrikani din hi t-tieni parteċipazzjoni konsekuttiva fit-Tazza tad-Dinja, bil-Kroati tilfu l-finali tal-aħħar edizzjoni.
Il-Marokkini ġejjin minn Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani diżappuntanti iżda mhumiex megħluba fl-aħħar ħames logħbiet. Fuq in-naħa l-oħra, il-Kroazja rebħet erba’ logħbiet konsekuttivi tal-UEFA Nations League u temmew il-grupp fil-quċċata. Minn meta tilfu kontra Spanja fl-EURO 2020, il-Kroazja tilfet biss darba minn 16-il logħba. Din tal-lum hija l-bidu tal-aħħar avventura mat-tim nazzjonali Kroat għal captain Luka Modric hekk kif aktar kmieni kien ħabbar li se jitrira wara t-Tazza tad-Dinja.