Futbol Sport

Imut l-eks plejer ta’ Liverpool u Everton David Johnson

Johnson kellu wkoll esperjenza f’Malta ma’ Naxxar Lions


L-eks attakkant Ingliż David Johnson, l-ewwel plejer li skorja kemm għal Liverpool kif ukoll għal Everton fid-derby ta’ Merseyside, miet fl-età ta’ 71 sena.

Johnson, li skorja sitt gowls fi tmien logħbiet mat-tim Nazzjonali Ingliż, kien ilu jbati minn kanċer għal diversi snin.

Huwa kellu żewġ esperjenzi differenti ma’ Everton li bejniethom laghab ukoll għal Ipswich Town taħt Bobby Robson u ma’ Liverpool taħt Bob Paisley.

F’sitt snin f’Anfield mill-1976 Johnson rebaħ tliet kampjonati u t-Tazza Ewropea tal-1981.

Fi tmiem il-karriera tiegħu, wara esperjenzi ma’ Preston North End u Barrow AFC Johnson lagħab għal ftit xhur f’pajjiżna ma’ Naxxar Lions fl-istaġun 1886/97