Lokali

Ippreżentat ktieb ġdid dwar il-ħażna tal-ilma f’pajjiżna

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech ġie ppreżentat bi ktieb mimli dettalji dwar il-ħażna tal-ilma f’pajjiżna.

L-awtur ta’ dan il-ktieb, Steve Mallia, spjega kif hu ilu s-snin jirriċerka dwar dan hekk kif hu nnota li għal dawn l-aħħar 70 sena, il-konservazzjoni tal-ilma ma ngħatatx l-importanza meħtieġa.

Il-ktieb, bl-isem ta’ ‘L-istorja tal-Ħażna tal-Ilma fil-Gżejjer Maltin’, tikkonsisti kemm f’dettalji u anke f’diversi ritratti… bil-qligħ kollu tal-pubblikazzjoni se jkun qed imur għal Puttinu Cares.

Minn naħa tiegħu, filwaqt li faħħar din l-inizzjattiva, Bernard Grech wiegħed li kif diġa’ għamel, se jkun qed ikompli jaħdem favur teknoloġija ġdida biex l-ilma tax-xita ma jintremiex.

Dan biex finalment pajjiżna jnaqqas il-problema ta’ nuqqas ta’ ilma minflok kif qed naraw illum il-ġurnata, bl-ilma ma jibqax jintrema fil-baħar.

Kien għalhekk li Bernard Grech appella lill-awtoritajiet kollha biex jaħdmu flimkien kontra l-iskarsezza tal-ilma. U biex dan iseħħ hemm bżonn ta’ ppjanar u mmaniġġjar tal-ilma, għaliex inkella pressjoni kbira se taqa’ fuq iċ-ċittadini u fuq l-ekonomija.

Ritratti: Martin Agius