Roderick Cassar jinsab fid-Depot fejn qed jittiħidlu ‘statement’ mill-Pulizija. Dan huwa żvilupp li seħħ illum, kmieni wara nofsinhar.
Net News jinsab infurmat li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti sa għada. Dan hekk kif tul il-jum, ġie rilaxxat mill-isptar Mater Dei, u kien ukoll interrogat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
L-investigaturi għadhom qed jistabbilixxu d-dinamika tal-każ u kif iddeterjorat ir-relazzjoni tal-koppja fl-aħħar ġimgħat.
L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jassistu lil Roderick Cassar.
AKTAR KMIENI
Ir-raġel akkużat bil-qtil ta’ Bernice Cassar kien qed jinżamm l-isptar Mater Dei għall-osservazzjoni wara li qatta’ sigħat sħaħ jirreżisti milli jagħti ruħu b’idejh lill-Pulizija.
Fil-fatt, il-Pulizija daħlu f’daru għall-ħabta tas-2:30am meta marret għajnu bih u raqad. Roderick Cassar deher sfinit, u mentalment imkisser wara dawk is-sigħat kollha maqful f’daru.
S’issa, għadu ma ttieħed ebda statement mingħand l-akkużat. Cassar għadu qed jiġi osservat mit-tobba, u huwa eskluż li jitressaq il-Qorti llum.
Il-mara kienet ilha xhur tagħmel rapporti ta’ vjolenza domestika, bl-aħħar rapport minn naħa tagħha jsir lejliet id-delitt.
Bernice Cassar inqatlet b’żewġ tiri f’wiċċha u sidirha.
//= $special ?>