Lokali Unjoni Ewropea

“Irid jintemm iż-żmien li n-nisa ikomplu jinqatlu” – Roberta Metsola

Irid jintemm iż-żmien li n-nisa ikomplu jinqatlu, jiġu msawta u abbużati.

Dan qalitu l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola wara li omm ta’ 40 sena inqatlet kiesaħ u biered f’pajjiżna; eżempju wiehed biss ta’ qtil ta’ mara fl-Ewropa.

Fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew, Metsola fakkret kif għal xhur sħaħ din il-mara talbet għall-għajnuna, u tħalliet tfendi wahedha. Il-President tal-Parlament Ewropew insistiet li hemm bżonn ta’ aktar protezzjoni biex il-vjolenza tintemm – għaliex il-mara jistħoqqilha tgħix ħielsa min kull biża.

“Daqshekk skużi, hemm bżonn li n-nisa jkunu protetti, u hemm bżonn li tittieħed azzjoni bla dewmien,” qalet Roberta Metsola.

Metsola qalet li Bernice Cassar kellha suppost tasal ix-xogħol bħal kull ħaddiem ieħor, imbagħad wara ġurnata xogħol tmur tqatta ħin ma’ wliedha.

Hi insistiet li Cassar ma kellix għalfejn tghix fil-biza imma kellha tkun f’sigurta u protetta, kellha tkun ħielsa minn kull torment, u ma kelliex tigi maqtula.