Lokali Parlament

L-aħħar femiċidju jikkonferma kemm il-gvern falla fl-intern u s-sigurtà

Joe Giglio, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal li l-gvern falla totalment fl-intern u s-sigurtà fejn il-qtil tal-omm Bernice Cassar f’Kordin din il-ġimgħa minħabba vjolenza domestika hu l-akbar konferma ta’ dan. F’dan is-settur, il-proposti tal-gvern huma mhux biss xotti iżda m’humiex sinkronizzati mar-realtà.

Hu qal li l-proposti tal-gvern hi ‘l bogħod minn dak propost mill-PN u sostna li jekk veru l-inċentivi tal-gvern ħallew riżultati pożittivi hemm eżodu ta’ pulizija li qed jitilqu anki qabel jagħlqu s-servizzi.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa għaliex meta jun hemm sejħa għal membri ġodda, jkun hemm applikazzjonijiet ħafna inqas minn dak li hemm bżonn biex il-Korp jerġa’ jingħata d-dinjità li ħaqu. Il-problema hi li l-pulizija qed titlef il-fibra morali tagħha minħabba li l-Ministru tal-Intern mhux ta’ livell.

Il-Korp tal-Pulizija mhux ilaħħaq max-xogħol u mhux imħallas tajjeb. L-uffiċjali ta’ Transpot Malta li jkunu fit-toroq ma jerfgħux responsabbiltà quddiem inċidenti u jispiċċaw iċemplu lill-pulizija u lill-RIU biex jmorru fuq il-post meta l-pulizija mħallsin nofs il-pagi tal-uffiċjali ta’ Tranpsort Malta.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm pulizija li m’humiex imħarrġin u li ma jafux x’inhuma x-xogħlijiet tagħhom fejn anki meta jsiru rapporti fl-Għases tal-Pulizija qed ikun hemm risposti li l-pulizija ġodda m’għandhomx ir-riżorsi biex jirreaġixxu jew il-pulizija ġodda ma jafux x’għandhom jagħmlu.

Joe Giglio qal li l-gvern iċċentralizza l-Uffiċċju Kontra l-Vjolenza Domestika biex issa ġara dak li ġara meta nqatlet Bernice Cassar f’Kordin. Hemm ħafna każi ta’ rapporti li jsiru mad-DVU iżda ma jittieħdux azzjonijiet.

Hu sostna li din hi manifestazzjoni ħajja tal-fatt kif il-gvern falla kompletament fis-sigurtà tal-poplu kollu. Biċ-ċentralizzazzjoni tal-kawzi tal-vjolenza domestika, apparti li l-vittmi jintbagħtu fl-istess post fejn qed issir il-vjolenza domestka, anki minħabba nuqqas ta’ riżori u konoxxenza ma ssirx applikazzjoni biex tinħareġ ordni ta’ protezzjoni.

Joe Gilgio kjompla li l-ewwel smiegħ li forsi tingħata l-qorti f’dawn il-kawżi ta’ vjolenza domestika jkun madwar 12 jew 14-il xahar ‘il quddiem. Hu sostna li dan ix-xahar seħħ każ fejn mara li ssawtet marret il-qori biex issir il-kawża iżda d-data kienet 5 ta’ Novembru 2023; sena oħra. Tant hemm xogħol b’lura li n-nies qed jgħixu dawn ir-realtajiet. Minkejja l-isforzi tal-maġistrat, din ma tistax taħdem għax ma jkollhiex impjegati tal-qorti.

Fi-ġlieda kontra l-vjolenza domestika mhu jsir xejn minkejja li hemm tliet spetturi fit-Taqsima li jaħdmu ħafna u llum qed jibku biex jingħataw trasferiment. Il-pulizija tal-FCID ukoll għandhom wisq xogħol fuq spallejhom għax il-gvern m’għamel xejn fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni iżda issa.

Illum kulħadd imwerwer għax, minħabba l-istatistika, jekk jinsterqu oġġetti żgħar isiru akkużi iżda ma jsirux dwar każi kbar ħasil ta’ flus. Dan qed isir minflok saru l-investigazzjonijiet dwar min fetaħ il-kontijiet barra minn Malta; illum spiċċaw jinvestigaw liż-żgħir.

Ħafna prosekuzzjonijiet jitmexxew mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fejn ħadd ma jrid imur jaħdem bil-konsegwenza li l-pulizija investigaturi qed ikollhom imorru għand avukati ġodda li ma jkollhomx l-esperjenza neċessarja.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hawn rabja qawwija fil-Korp tal-Pulizija, li ma jużax qisien ġodda fi ħdanu stess. Id-dinjità li kienu jħossu l-uffiċjali tal-pulizija tnaffret. Hu tkellem dwar l-Aġenzija Kontra l-Vjolenza Domestika u qal li din għandha tkun imsaħħa u sostna li fl-2023 l-Gvern se jopera help line nazzjonali.

Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-fatt li l-Gvern ġab esperta Ingliża biex tgħidlu kif għandu jqassam id-distretti tal-pulizija u qal li dan ix-xogħol seta’ sar minn uffiċjali Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-Pulizija tal-Komunità u qal li dawn huma pulizija misruqa mill-Għases tal-Pulizija meta x-xogħol isir mill-pulizija tal-Għases. Hu qal li l-poplu hu dimotivat biex iressaq ċertu rapporti lill-pulizija għaliex m’hemmx riżorsi biżżejjed. L-agħar ħaġa li tista’ tiġri llum hi li persuna tispiċċa vittma ta’ reat, sostna Joe Giglio, li kompla l-gvern qed jinvestiga biss liż-żgħir biex jidher tajjeb mal-barranin.

Dwar il-ħabs, id-deputat Nazzjonalista qal li d-Direttur tal-Ħabs fl-istess pożizzjoni ta’ wħud min-nies li jinsabu fil-ħabs meigħu. Din il-pożizzjoni mhix tenibbli, sostna d-deputat Nazzjonalista,