Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

La Roja jridu jinsew l-aħħar żewġ edizzjonijiet u jibdew fuq nota tajba

(Ritratt: EPA)

17:00 – GRUPP E – SPANJA V COSTA RICA

Spanja se tipprova tibda bl-aħjar mod possibbli f’konfront li jibdew favoriti kontra l-Costa Rica. La Roja sabuha diffiċli biex jimpressjonaw fl-aħħar żewġ edizzjonijiet, bil-Costa Rica tasal mal-aħħar tmienja fl-2014, riżultat li kien l-aħjar wieħed għalihom.

Iċ-ċiklu rebbieħ ta’ Spanja kien spiċċa iżda issa jinsabu fil-fażi ta’ ġenerazzjoni ġdida u jinsabu mal-aħħar erbgħa fil-UEFA Nations League filwaqt li kienu eliminati fis-semifinali tal-Euro 2020. Din it-Tazza tad-Dinja hi speċjali għall-kowċ ta’ Costa Rica Luis Fernando Suarez li se jmexxi lit-tielet nazzjon wara esperjenzi mal-Ekwador u l-Honduras f’din il-kompetizzjoni.