Internazzjonali

Numru ta’ persuni maqtula waqt attakk f’Virginia

Numru ta’ persuni ġew maqtula f’Walmart Store, f’Virginia wara li aggressur qabad jispara fuq in-nies li kien hemm.

Il-każ seħħ tard il-bieraħ filgħaxija, bl-aggressur jinstab mejjet fil-ħanut stess. Mhux magħruf kienx l-aggressur stess li ħa ruħu b’idejh jew kienux il-Pulizija li sparaw fuqu biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Fil-post issejjaħ tim mediku biex jassistu diversi persuni li sofrew xi ġrieħi waqt dan l-attakk.

Dan kien it-tieni attakk fl-aħħar tliet ijiem fil-pajjiż.