Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Southgate jikser rekord ta’ Alf Ramsey

(Ritratt: EPA)

Il-manager Ingliż Gareth Southgate kiser rekord li kien għand Alf Ramsey fir-rebħa tal-Ingilterra kontra l-Iran it-Tnejn li għadda. It-tliet punti li nkisbu fir-rebħa ta’ 6-2 fisser li Southgate rebaħ id-disa’ logħba bħala kowċ tal-Ingilterra f’kompetizzjoni maġġuri. Ramsey li mexxa lit-tim Ingliż għall-uniku rebħa tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja lura fl-1966 kellu r-rekord ta’ tmien rebħet li dam għal aktar minn 50 sena.