Futbol Sport

Tim Nazzjonali U21: Rebħa għal Malta kontra l-Andorra

F’partita ta’ ħbiberija fis-Centenary Stadium, it-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena għeleb lill-Andorra 2-1 b’gowl f’kull taqsima.

Mattia Veselji fetaħ l-iskor għall-Maltin wara 21 minuta bl-Andorra jiksbu l-gowl tad-draw tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Izquierdo.

L-iswadra mmexxija minn Gilbert Agius ma’ kienux kuntanti bi draw u fis-70 minuta kisbu dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa permezz tal-attakkant ta’ Valletta Andrea Zammit.