Sport Sport Ieħor

UEFA Futsal Champions League: Draw storiku għal Luxol St. Andrews

(Ritratt: Joe Borg)

Luxol St. Andrews kisbu draw storiku ta’ mingħajr gowls mal-ospiti Kairat Almaty f’partita minn Grupp C tal-Elite Round tal-UEFA Futsal Champions League fil-Kumpless Sportiv ta’ Baluan Sholak f’Almaty, fil-Każakstan.

Luxol waslu s’hawn wara li spiċċaw fit-tieni post fil-Main Round wara Barca u fuq Dobovec tas-Slovenja u Hovocubo tal-Olanda.

F’partita oħra, Benfica u Chrudim spiċċaw fi draw ta’ 3-3.

Nhar il-Ħamis, Luxol jilagħbu kontra Benfica, filwaqt li Kairat Almaty jilqgħu lil Chrudim.