Lokali

AĠĠORNATA: Roderick Cassar mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum

Dalgħodu, il-Pulizija se jkomplu jinterrogaw lir-raġel ta’ Bernice Cassar; il-mara li inqatlet f’Kordin aktar kmieni din il-ġimgħa permezz ta’ żewġ tiri ta’ shotgun. Net News jinsab infurmat li Cassar se jitressaq il-Qorti illum stess.

L-investigaturi għadhom qed jistabbilixxu d-dinamika tal-każ u kif iddeterjorat ir-relazzjoni tal-koppja fl-aħħar ġimgħat.

Jassistu lil Roderick Cassar fid-Depot hemm l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Roderick Cassar kien arrestat wara operazzjoni ta’ iżjed minn 17-il siegħa fil-Qrendi. Il-vittma kellha 40 sena, u fl-aħħar xhur kienet qed toqgħod Ħaż-Żebbuġ. Il-koppja kienu għaddejin minn proċess ta’ separazzjoni.

Jumejn ilu, wara li allegatament qatel lil martu, Cassar kiteb messaġġ fuq Facebook indirizzat liż-żewġ uliedu, fejn qalilhom li jħobbhom u li ma setax jgħix mingħajrhom.

L-arrest ta’ Roderick Cassar