Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Difiża kollha KIM għall-Korea t’Isfel

(Ritratt: EPA)

Bħalissa qed tintlagħab il-logħba bejn l-Urugwaj u l-Korea t’Isfel. Fatt kurjuż hu li d-difiża tat-tim tal-Korea t’Isfel, inkluż il-goalkeeper tal-istess skwadra, għandhom l-istess kunjom KIM. Ma dawn il-ħames plejers hemm ukoll player ieħor li jinsab mas-sostituti.

L-aktar Kim li għandu konoxxenzja speċjalment mis-segwaċi tal-futbol Taljan huwa Min-Jae Kim, difensur ta’ 26 sena li jilgħab ma’ Napoli wara li ngħaqad magħhom fis-sajf li għadda.