“Sagħtarin” huwa l-ktejjeb ġdid bil-Malti maħsub għat-tfal tas-snin bikrin tal-iskola primarja – mimli attivitajiet, logħob, tpinġija, gost u tagħlim għaż-żgħar.
Is-sa Elaine Germani, Chairperson tal-Fondazzjoni Sagħtar, qalet li “wara r-rispons tajjeb ħafna li kellna bis-“Sagħtar” ħsibna biex noħolqu publikazzjoni ġdida u li tkun addattata għal tfal iżgħar fl-età. U għalhekk ħsibna f'”Sagħtarin”, li diġà għandu tradizzjoni ta’ snin twal meta kien parti mis-“Sagħtar” fejn kien ikun hemm numru ta’ paġni fin-nofs tar-rivista iddedikati propju għal tfal iżgħar fl-età. B’hekk ġeddejna xi ħaġa li ħafna adulti jiftakruha b’identità u format ġdid fjamant”.
Din hija l-ewwel ħarġa ta’ “Sagħtarin”, bil-ħsieb li l-pubblikazzjoni ssir sensiela.
//= $special ?>