Breel Embolo fetaħ l-iskor għall-Iżvizzera kontra l-Kamerun fit-48 minuta u wieħed seta jinnota li l-attakkant ta’ Monaco ma feraħx wara l-gowl. Ir-raġuni hi li Embolo huwa mwieled fil-Kamerun iżda meta kellu ħames snin il-ġenituri tiegħu isseparaw u Breel telaq ma’ ommu lejn Franza .
Apparentament omm Breel Embolo iltaqgħet ma’ raġel Żvizzeru li mbgħad iżżewġet u kollha marru jgħixu f’Basel, l-Iżvizzer. Fl-2014 Breel Embolo ħa ċ-ċittadinanza Żvizzera u s’issa lagħab 60 darba għat-tim nazzjonali Żvizzeru.
//= $special ?>