L-ewwel azzjoni perikoluża waslet fl-10 minuta meta l-ewwel kien Mbeumo li xxutja minn qagħda angolata b’Sommer jilqa’ parzjalment u mir-rebund ix-xutt ta’ Ekambi mar għoli. Żewġ minuti wara Granit Xhaka ra l-goalkeeper barra u prova minn barra l-kaxxa iżda tefa’ barra. L-ewwel taqsima ma wrietx aktar azzjonijiet denja ta’ nota ħlief xi xuttijiet li marru barra.
Wara tliet minuta mill-bidu tat-tieni taqsima l-Iżvizzeri fetħu l-iskor. Kien Xherdan Shaqiri li tefa’ ballun tajjeb lejn Breel Embolo li b’xutt mill-ewwel għeleb lill-goalkeeper ta’ Inter Onana.
Fis-66 minuta Onana wettaq save mill-isbaħ fuq xutt b’saħħtu ta’ Ruben Vargas bil-goalkeeper tal-Kamerun idawwar f’korner.
L-Indomitable Lions prova li setgħu biex iġibu l-gowl tad-draw iżda l-Iżvizzeri rnexxielhom iżommu l-vantaġġ minimu biex fl-aħħar mill-aħħar kienu huma li ħadu t-tliet punti
//= $special ?>