17:00 – GRUPP H – PORTUGALL V GHANA
Hemm ħafna stennija għall-Portugal, l-iktar wara l-polemika kbira li nqalgħet minn naħa ta’ Cristiano Ronaldo, propju lejliet il-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja. Għal Ronaldo din mistennija tkun l-aħħar Tazza tad-Dinja tiegħu u għalhekk hu mistenni li hu jipprova jxejjen il-kritika u jagħti l-aħjar wirjiet tiegħu.
Minbarra Ronaldo it-tim Portugiż hu tim mimli talent u jista’ jkun fost il-protagonisti. Il-Ghana żgur mhux se jibdew favoriti għall-konfront tal-lejla, iżda kif urew pajjiżi oħra Afrikani fil-Qatar, Ronaldo u sħabu jridu joqgħodu attenti minn xi sorpriża oħra.
//= $special ?>