Lokali

Jitressaq il-Qorti Roderick Cassar – iwieġeb mhux ħati u jinżamm arrestat

14.45: L-avukati ta’ Cassar jitolbu biex huwa jinżamm fis-sessjoni forensika fejn il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għal din it-talba. Id-difiża mhix titlob għall-ħelsien mil-arrest. Preżenti fl-awla kien hemm numru ta’ qraba fosthom ħut Bernice Cassar, kuġini u zijiet.

14.40: Roderick jgħid li jaħdem bħala self employed, għandu 42 u jgħix il-Qrendi. Iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Huwa għandu 15-il akkuża fil-konfront tiegħu.

14.35: Roderick Cassar daħal issa fl-awla. Mal-wasla tiegħu… skiet perfett fl-Awla. Cassar huwa assistit mill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.