Internazzjonali

L-Ukrajna: Tkompli l-isfida lir-Russi waqt iż-żmenijiet tad-dlam

epa05509805 A local woman looks on her damaged house after a shelling in Gorlovka city of Donetsk area, 25 August 2016. On August 25, Ukrainian President Petro Poroshenko warned that Russian President Vladimir Putin wanted 'the whole Ukraine' to be part of the 'Russian Empire.' 'It is absolutely the same situation like the Russian bombardment in Aleppo,' he told CNN`s Christiane Amanpour in an exclusive interview Wednesday. 'They have only one purpose ? the world should be less stable, less secured.' as UNIAN agency report. EPA/ALEXANDER ERMOCHENKO

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li l-poplu tiegħu se jkompli  jisfida lir-Russja b’aktar determinazzjoni minn qatt qabel minkejja li l-belt kapitali ta’ Kiev spiċċat b’70 fil-mija anqas mill-provvista tad-dawl b’kaġun tal-missili tal-qawwiet tal-Kremlin.

U waqt li Kiev mill-ġdid spiċċat fil-mira tar-Russi, baqa’ għaddej ix-xogħol intiż għar-restawr tal-provvista tal-ilma għar-residenti – bl-attakki tal-qawwiet tal-Kremlin fuq il-faċilitajiet tal-enerġija fl-Ukrajna qed iwasslu għal aktar blackouts tul il-pajjiż.

Is-Sindku ta’ Kiev, Vitali Klitschko, qal li l-kumpanniji tal-enerġija kienu qed jippruvaw jirristawraw il-provvista mill-aktar fis possibbli u li dan kien jiddependi ‘miċ-ċirkustanzi tal-gwerra’.Fl-istess ħin, il-ħidma qed tixbaħ ġlieda mal-ħin, meta x-xitwa qabdet sew fl-Ukrajna fost l-inżul tal-borra u temperaturi taħt iz-zero.

Filwaqt li l-parti kbira ta’ Kiev spiċċat litteralment fid-dlam matul il-lejl, ħafna residenti qed jitrattaw il-postijiet tax-xogħol daqslikieku refuġju mill-kesħa, Dan peress li l-bini inkwistjoni – kuntrarju għad-djar tagħhom – għad għandhom sistemi għall-ġenerazzjoni tas-sħana.

Hu minnu wkoll li r-residenti ta’ Kiev qed jidhru determinati li jisfidaw lir-Russi waqt li jfittxu s-soluzzjonijiet għall-problemi – anki jekk id-dawl u l-ilma mgħadhomx iggarantiti għalihom matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Intant, il-President Zelensky kiteb fuq il-media soċjali li ‘id-dawl bilfors irid isegwi d-dlam’ u li ‘il-Gvern u l-Armata tar-Russja qatt mhuma se jifhmu dan għaliex huma iridu li jeżistu fi stat ta’ dlam permanenti’.