Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Punt kull wieħed għall-Urugwaj u l-Korea t’Isfel

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel partita minn Grupp H, l-Urugwaj u l-Korea t’Isfel spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls b’dan ikun ir-raba’ wieħed s’issa f’din it-Tazza tad-Dinja.

Mad-19-il minuta logħob Velverde għall-Urugway jipprova xutt mill-ewwwel iżda l-konklużjoni tiegħu tgħaddi ftit għoli. Tliet minuti wara jerġgħu l-Urugway permezz ta’ Suarez li x-xutt b’saħħtu tiegħu li wkoll imur barra. Ċans tad-deheb għall-Korea t’Isfel bil-pelejer ta’ Olympiacos Ui-Jo Hwang minn taħt il-lasta jitfa inkredibilment barra.

Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima Diego Godin jirċievi kross fil-kaxxa u wara li għola tajjeb bir-ras il-ballun jaħbat mal-wieqfa. Skor fi tmiem l-ewwel taqsima 0-0.

L-Urugway ħarġu jfittxu l-gowl tal-vantaġġ u fil-55 minuta Bentacur jipprova minn tarf il-kaxxa bid-difiża timblukka fil-ħin

David Nunez b’ċans fil-81 minuta li x-xutt tiegħu għadda ċentimetri barra. Sitt minuti wara kross ta’ De la Cruz li sab lil Cavani li bir-ras tefa’ għoli. Minuta ‘l bogħod mid-90 u l-aktar darba li l-Urugwaj marru viċin meta x-xutt b’saħħtu ta’ Valverde stampa mal-wieqfa bil-golkeeper Korean megħlub għal kollox.

Minuta wara Son għall-Korea t’Isfel prova xutt minn barra l-kaxxa li għadda mħakkek mal-wieqfa b’dan ikun l-aħħar ċans tal-logħba bl-iskor jibqa’ dak ta’ draw ta’ 0-0, ir-raba’ wieħed s’issa mill-bidu tal-kompetizzjoni.