Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Son mill-bidu għall-Korea t’Isfel kontra l-Urugwaj

(Ritratt: EPA)

14:00 – GRUPP H – URUGWAJ V KOREA T’ISFEL

Logħba li għandha tkun interessanti bejn żewġ skejjel ta’ futbol kompletament differenti hi l-logħba bejn l-Urugwaj u l-Korea t’Isfel. L-istilla Koreana ta’ Tottenham Son jidher li se jkun fil-formazzjoni inizjali anki jekk fejn jidher li se jkun qed jilgħab b’maskla protettiva ma’ wiċċu. Son ilu ma jilgħab mit-2 ta’ Novembru meta sofra ksur f’wiċċu. Bla dubju l-preżenza ta’ Son għandha piż qawwi fit-tim Korean.

L-Urugwaj minn naħa tagħhom ma tantx qed ikunu kkonsidrati fost il-favoriti għal din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Wara t-tluq ta’ Tabarez l-Urugwaj issa huma mmexxija minn Diego Alonso hu s-Sud Amerikani jinsabu f’fażi ta’ tranżizzjoni fejn hemm element żagħżugħ ma’ plejers oħra ta’ esperjenza kbira, fejn għalihom din se tkun l-aħħar Tazza tad-Dinja. Fost dawn hemm l-attakkanti veterani Luis Suarez u Edison Cavani li minkejja li issa meqjusa bħala veterani xorta waħda jibqgħu żewġ attakkanti ta’ kwalita’ kbira.