Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Stennija għad-debutt mhux faċli tal-Brażil kontra s-Serbja

(Ritratt: EPA)

Il-Brażil jibda kontra s-Serbja logħba li fuq il-karta tara lill-Brażiljani favoriti li jiksbu l-ewwel tliet punti, iżda hi logħba wkoll li tista’ toffri sfida lill-Brażiljani għaliex is-Serbi hu tim mill-iktar imprevedibbli fejn jalterna prestazzjonijiet tajbin ma’ oħrajn mill-iktar deludenti.

Mingħajr dubju l-attenzjoni hi fuq l-istilla ta’ PSG Neymar, fejn il-prestazzjoni tiegħu tista’ tkun fattur determinanti għall-Brażil.Iżda t-tim Brażiljan hu mimli stilel ta’ livell għoli speċjalment fl-attakk iżda mhux biss. Fl-iskwadra tal-Brażil insibu ismijiet kbar bħal Thiago Silva, Fabihno, Casemiro u oħrajn. Minn naħa l-oħra l-iskwadra tas-Serbia hija wkoll mgħamra bl-aqwa talenti fosthom Dusan Vlahovic, Sergej Milinkovic-Savic u Filip Kostic.