Futbol Sport

Tim Nazzjonali taħt id-19-il sena: Telfa għal Malta kontra l-Portugall fl-ewwel partita

Fl-ewwel impenn tiegħu mill-Preparatory Tournament, it-tim Nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena sofra telfa ta’ 2-1 kontra l-Portugall fl-Istadium Nazzjonali.

Kienu l-Portugiżi li marru minn fuq meta fl-20 minuta ingħataw penalty ferm dubjuż. Mill-11-il metru kien Hugo Felix li għeleb lil Karl Sargent għal 1-0. Il-Portugall irdoppjaw tliet minuti wara permezz ta’ Herculano Nabian li rċieva ballun fit-tul u wara li niżżel tajjeb b’sidru avvanza u b’konklużjoni sabiħa tefa’ fir-rokna tax-xibka.

Il-Maltin naqqsu d-distakk fis-87 minuta permezz tal-plejer ta’ Reading Basil Tuma li minkejja li kien issikkat minn difensur irnexxielu jqabbeż minn fuq il-goalkeeper Portuġiż bir-riżultat finali jkun dak ta’ 2-1 favur il-Portugall.

L-impenn li jmiss huwa kontra l-Ġermanja nhar is-Sibt fin-12:30 fil-Gozo Stadium