Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Tispiċċa t-Tazza tad-Dinja u probabilment l-istaġun għal Lucas Hernandez

(Ritratt: EPA)

Iċ-champions tad-dinja Franza tilfu pedina oħra hekk kif Lucas Hernandez weġġa’ serjament l-irkoppa wara biss tmien minuti tal-logħba kontra l-Awstralja.

Din hija aħbar ħażina wkoll għal Bayern Munich hekk kif jidher li Hernandez se jkun qed jitlef il-kumplament tal-istaġun wara li rriżulta li l-injury hija fil-cruciate ligaments li normalment tħalli plejer barra għal madwar sitt xhur. Ironikament post Lucas fil-logħba ittieħed minn ħuh Theo. Franza diġa’ tilfu lil Benzema, Pogba, Kante’ u Nkunku.