Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Żvizzera u l-Kamerun jiftħu Grupp G

(Ritratt: EPA)

11:00 – GRUPP G – ŻVIZZERA V KAMERUN

Fi grupp li mistenni jkun dominat mill-Brażil, il-logħba bejn l-Iżvizzera u l-Kamerun tista’ titqies bħala sfida diretta, fejn min ifalli hu prattikament eliminat u min jirbaħ ikun għamel pass importanti biex jikkwalifika mill-grupp speċjalment jekk il-Brażil jegħlbu lis-Serbja fl-ewwel partita.

Iż-żewġ naħat tista’ tgħid li huma diġa kuntenti li waslu s’hawn u għalhekk it-tnejn ftit għandhom x’jitilfu b’dan il-fattur jista jkun determinanti biex mingħajr pressjoni ta’ xejn ikunu jistgħu jagħtu wirjiet aħjar.