Lokali

4 każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa nstabu 4 każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna. Dan filwaqt li fl-istess perjodu fiequ 15-il persuna oħra.

B’hekk it-total ta’ każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna hu dak ta’ 196.

Fortunatement, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa baqgħu 809.

Intant preżentament għadha qed tingħata t-tilqima ghal kontra dan il-virus, kif ukoll il-vaccin tal-influwenza stagjonali.