Lokali

60 fil-mija taż-żgħażagħ inkwetati fuq l-inflazzjoni u aktar minn 70% jridu jitilqu minn Malta għax is-salarji huma baxxi

Iktar minn nofs iż-żgħażagħ f’Malta jiġifieri 60 fil-mija huma “mħassba ħafna” dwar l-inflazzjoni. Dan skont stħarriġ ta’ EY, bil-maġġoranza tagħhom jgħidu li jemmnu li l-pagi tal-pajjiż mhumiex kompetittivi globalment. L-Istħarriġ dwar iż-Żgħażagħ EY Generate, jitfa’ dawl fuq l-opinjonijiet tal-hekk imsejħa millennials u Gen-Zs.

Sadanittant 77 fil-mija taż-żgħażagħ li għadhom fil-fjur ta’ ħajjithom qalu li jixtiequ jitilqu minn Malta għal salarji aħjar peress li f’Malta l-pagi huma ferm baxxi. Sadanittant huma 72 ta’ dawk iż-żgħażagħ ta’ età għola li jixtiequ jmorru jaħdmu barra l-pajjiż għall-istess raġunijiet.

Il-Millennials għandhom bejn 26 u 39 sena filwaqt li Gen-Zs għandhom bejn 16 u 25. Skont l-istħarriġ, filwaqt li l-millennials huma aktar kapaċi jlaħħqu mal-ispejjeż li qed jiżdiedu meta mqabbla ma ‘Gen-Zs, iż-żewġ partijiet huma “mħassba ħafna” dwar l-inflazzjoni.

Biex inaqqsu l-ispejjeż, nofs il-Gen-Z iddeċidew li jmorru jieklu inqas fir-ristoranti u jippruvaw jżidu d-dħul tagħhom biex ilaħħqu. Bl-istess mod, 55 fil-mija tal-millennials jippjanaw ukoll li jieklu inqas barra filwaqt li kważi nofshom se jaqilbu għal ditti anqas magħruf li jkun bi prezz irħas meta jixtru.

Il-maġġoranza taż-żgħażagħ f’Malta, 89 fil-mija qalu wkoll li ma jemmnux li l-pagi ta’ Malta jitqabblu b’mod pożittiv mas-salarji globali. L-istħarriġ wera b’mod ċar li l-problemi tal-flus qed iħallu effett fuq iż-żgħażagħ, bis-sejbiet jissuġġerixxu li l-iktar fatturi ta’ ansjetà għaż-żgħażagħ Maltin huma pressjonijiet finanzjarji u tal-karriera.

Fuq in-naħa pożittiva, ż-żgħażagħ iħarsu lejn il-futur b’ottimiżmu dwar il-futur finanzjarju tagħhom, anke jekk huma 49 fil-mija tal-Gen-Z jemmnu li se jkunu f’sitwazzjoni aħjar is-sena d-dieħla, 30 fil-mija jemmnu li se jkunu fl-istess pożizzjoni. Millennials jaqsmu l-istess ħsieb, b’41 fil-mija jittamaw għal aħjar.

Problemi biex jixtru propjetà

Sadanittant, mistoqsija dwar il-fehmiet tagħhom dwar il-proprjetà, iż-żewġ gruppi kellhom fehmiet differenti b’mod sinifikanti. Filwaqt li kważi nofs iżgħar qalu li ma jħossux li se jkunu jistgħu jixtru proprjetà fil-futur, 49 fil-mija tal-millennials qalu li diġà għandhom proprjetà.

U meta mistoqsijin fejn jippreferu jgħixu u jaħdmu, 72 fil-mija tal-Gen-Z u 77 fil-mija tal-millennials qalu li jippreferu jgħixu barra, b’impjiegi u salarji aħjar ikunu r-raġunijiet ewlenin wara tali fehma. Iċ-ċifra hija l-istess bħall-2021 għar-rispondenti tal-Gen-Zs iżda sa minn 74 fil-mija għall-millennials.

Il-grupp iżgħar għandu “għatx għal esperjenzi ġodda u jħossu restrizzjoni fid-daqs ta’ Malta” filwaqt li l-millennials jagħtu prijorità akbar li jkunu fi spazju li huwa aktar kwiet u aktar rilassanti minn “Malta kontemporanja”, skont l-istħarriġ tal-EY.

35 fil-mija tal-Gen-Z u 33 fil-mija tal-millennials wieġbu li se jerġgħu lura Malta, 35 fil-mija oħra tal-Gen-Z u 38 fil-mija tal-millennials għadhom inċerti. Kważi tliet kwarti taż-żgħażagħ ta’ Malta qalu li l-akbar sfida għal Malta hija l-iżvilupp żejjed, tħassib li EY sabet li mar għall-agħar b’disa’ punti perċentwali mill-istħarriġ tas-sena l-oħra.

It-tħassib dwar kwistjonijiet tat-traffiku żdied ukoll b’mod sinifikanti fl-aħħar xhur, u żdied b’24 punt perċentwali fl-aħħar stħarriġ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Issa nofs iż-żgħażagħ ta’ Malta jaraw it-traffiku bħala sfida li trid tiġi indirizzata.

L-istħarriġ sar fost 718-il persuna, b’50 fil-mija huma rġiel, 49 fil-mija nisa u wieħed fil-mija jkunu newtrali għall-ġeneru. Mis-718, 40 fil-mija kienu mill-grupp Gen-Z filwaqt li 60 fil-mija kienu millennials. Din saret bejn it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Ottubru.