Sport Sport Ieħor

Blackball: Rebħa oħra għal Mosta St. Mary’s

Rebħa oħra għal Mosta St. Mary’s li żżommhom fl-ewwel post tal-klassifika fil-Kampjonat Reġjonali meta t-Tlieta filgħaxija għelbu lil Selmun Bar 11-7.

Bir-raba’ rebħa minn erbgħa l-Mostin issa għandom tliet punti vantaġġ fuq iż-żewġ timijiet ta’ warajhom Birkirkara Youngsters, li għelbu lil Ħamrun 147 C 11-8 u Birkirkara Duke’s A li kisbu rebħa ta’ 11-3 kontra San Ġwann White Hart.

Fi dwell interessati ieħor San Ġwann Nick’s A rebħu lil Juve Birkirkara A 11-9 biex issa qabżu lil Każin Pinto Qormi B fir-raba’ post wara li dawn tal-aħħar sfaw megħluba minn Birkirkara Boċċi 11-9

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI BLACKBALL

Mosta St Mary’s A 12, Birkirkara Youngsters, Birkirkara Duke’s A 9, San Ġwann Nick’s A 7, Każin Pinto Qormi B 6, Selmun Bar 4, San Ġwann White Hart, Ħamrun 147 C, Juve Birkirkara A, Birkirkara Boċċi 3.