Lokali

“Din hi resposnabbiltà tal-Gvern” – Peppi Azzopardi

“Din hija responsabbiltà tal-Gvern.  Il-Gvern kellu jara li dawn l-affarijiet ma jsirux – x’jigifieri jkollok Maġistrat wieħed li trid tlaħħaq mal-kazijiet kollha – trid tismà madwar 12 kuljum. Nonfqu tant flus fix-xejn. Bil-flus li ntefqu fir-reklami sabiex nippreżentaw Budget mill-aqwa. Bil-flus li ntefqu fiċ-ċuċati konna nifrankawha din il-mewta. Wisq Nibża li jekk tibqa din is-sitwazzjoni se jkollna aktar mwiet”

Hekk stqarr il-preżentatur Peppi Azzopardi meta tkellem waqt il-Programm Net Live dwar it-tema tal-Vjolenza Domestika fid-dawl tal-każ li ġara din il-Ġimgħa .. il-qtil ta’ Bernice Cassar, omm ta’ żewgt itfal  li allegatament kienet ilha xhur sħaħ vittma ta’ abbuż.

Dakinhar tad-delitt ta’ Bernice Cassar kien kkonfermat li l-każ li ressqet Bernice Cassar ghand il-Pulizija kellu jinstema’ quddiem il-Qorti f’Novembru tas-sena d-dieħla. Dan qalu l-Ministru għall-intern fejn ikkonferma li dan il-każ beda jiġi segwit wara li f’Mejju li għadda, il-vittma għamlet rapport dwar vjolenża domestika.

Quddiem din-is-sitwazzjoni li bħalissa qed tiddomina l-kuruturi tal-Qorti, Peppi Azzopardi insista li l-Gvern għandu responsabbiltà li jieħu azzjoni sabiex din-sitwazzjoni titjieb.

L-avukat Katia Vassallo li kienet ukoll preżenti fil-programm Net Live li xxandar il-Ħamis filgaħxija saħqet li is-sitwazzjoni li qed iħabbtu wicchom magħha kemm l-avukati u kemm il-klijenti li huma vittma ta’ Vjolenza domestika hija inaċetabbli.

Kemm il-preżentatur Peppi Azzopardi kif ukoll l-avukat Katia Vassallo qablu li każijiet bħal dawn huma ta’ xokk għas-soċjetà u jqajjmu ċertu biża fost dawk li diġa qed jesperjenżaw vjolenża domestika. Għalhekk huwa kruċjali li s-sistema tal-Qorti tinbidel.

Apparti dan, Peppi Azzopardi appella lill-pubbliku sabiex jekk ikunu jafu b’xi ħadd li qed ibati fis-silenzju jitkellmu.

“Il-Gvern missu jistħi – Is-sitwazzjoni tal-Qorti hi dik li hi – Iżda aħna bħala ċittadini għandna obbligu li ngħinu lil dawk in-nies li huma vittma ta’ abbuż.”