“Il-Gvern jehtieg li jħares il-kompetittività ta’ pajjiżna – Dan il-qasam zgur li m’ghandux jigi ballun politiku. Għalhekk qiegħed nistieden lill-Gvern għal kooperazzjoni aktar attiva bejnietna f’dan is-settur krucjali.”
Hekk saħaq il-Kelliem għall-Finanzi tal-Partit Nazzjonalista, id-deputat Jerome Caruana Cilia waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-VAT u t-taxxa .. Konferenża li ġiet organizzata tul il-jum tal-Ħamis mill-Malta Institute of Management u l-Malta Academy of Taxation Studies.
Id-deputat tal-PN Jerome Caruana Cilia insista li l-professjonisti u l-ħaddiema f’dan il-qasam qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ numru ta’ sfidi b’mod regolari u għalhekk xi ħaġa trid isir minnufih.
Il-Kelliem għall-finanazi tal-PN qal li minħabba li pajjiżna huwa l-izghar stat membru tal-Unjoni Ewropea, u li m’għandu ebda riżorsi naturali, l-attrazzjoni ta’ Malta għall-investiment dirett barrani tiddependi b’mod aktar sostanzjali mis-sistema tat-taxxa ta’ pajjiżna.
Għalhekk huwa kompla billi qal li l-Partit Nazzjonalista jappoġġja kull miżura li l-Gvern jista’ jieħu b’mod speċjali fuq livell Ewropew u dak internazzjonali, biex iħares il-kompetittività ta’ pajjiżna u biex jassigura li l-istituzzjonijiet rilevanti jiehdu in konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi specifici ta’ Malta.
Id-deputat Jerome Caruana Cilia tkellem ukoll dwar il-qasam tal-ESG u saħaq li l-Gvern jeħtieg li jaddotta miżuri pertinenti halli jinċentiva lill-kumpaniji f’dan ir-rigward, inkluz incentivi relatati mal-VAT.
Fost ohrajn, Caruana Cilia semma’ punt krucjali fuq livell internazzjonali dwar il-mewga li issa ilha tiddomina l-aħbarijiet, magħrufa bħala Pillar 2 li tireferri għall-introduzzjoni ta’ rata minima internazzjonali tat-taxxa korporattiva fuq organizzazzjonijiet kbar.
Jerome Caruana Cilia qal li l-introduzzjoni ta’ din l-inizjattiva li hija daqshekk wiesgħa jista’ jkollha impatt negattiv u qawwi fuq il-kompetittività tas-sistema tat-taxxa Maltija, partikolarment meta niġu biex nattiraw investiment dirett barrani lejn xtutna.
Waqt l-intervent tiegħu Jerome Caruana Cilia appella lill-Gvern biex jikkonsulta aktar mal-Oppozizzjoni partikolarment fir-rigward ta’ emendi leġiżlattivi li se jkunu jigu proposti u anke pożizzjonijiet pertinenti li jigu ppreżentati fuq livell Ewropew u internazzjonali.
//= $special ?>