Lokali

Il-Kummissarju Audrey Friggieri tagħżel li ma tikkumentax dwar il-każ ta’ fastidju sesswali fi ħdan l-MPO

“Jiena infurmajt lill-Kummissarju għall-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u tal-Vjolenza Domestika.”

Hekk sostna kemm-il darba fl-aħħar jiem il-Ministru Owen Bonnici kull meta ġie mistoqsi għalfejn ma avviċinax lil Pulizija jew saħansitra lill-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali meta fetħet qalbha miegħu vittma ta’ fastidju sesswali, issa eks impjegata fi ħdan l-Orkestra.

Fl-ahhar gimghat smajna kif din it-tfajla uriet kuraġġ u marret tirrapporta ma ta’ fuqha dak kollu li kienet għaddejja minnu. Iżda dan, kif issemma’ fil-Qorti, allegatament kien jgħidilha li qed teżaġera, u minflok għinha, allegatament prova jostor il-każ.

B’rabta ma’ dan il-każ serju ta’ abbuż, persuna ammettiet il-ħtija tagħha u ngħatat sentenza sospiża.

Iżda kull meta staqsejna lill-Ministru Owen Bonnici għalfejn ma rrapportax lill-Pulizija huwa dejjem saħaq li ħa d-deċiżjoni ġusta għax rrapporta l-każ lill-Kummissarju għal Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Audrey Friggieri.

Għaldaqstant Net News staqsa lill-Kummissarju Friggieri meta saret taf b’dan il-każ serju li seħħ fl-Orkestra. Iżda fit-tweġiba tagħha, spikkat skumidità assoluta.

Fil-verità, sfortunatament, il-mument qatt ma kien daqshekk idoneju u pertinenti daqs din il-ġimgħa. Dan hekk ħareġ fiċ-ċar li l-istituzzjonijiet fallew lil tal-inqas żewġ persuni. Żewġ nisa li għal xhur u saħansitra snin tkarrbu għall-għajnuna; b’waħda tispiċċa tiġi injorata għal 3 snin sħaħ waqt li kienet qed tiġi ffastidjata  għad-detriment tas-saħħa mentali tagħha…u mara oħra, bint, oħt, u omm ta’ żewġt itfal…spiċċat saħansitra ħalset b’ħajjitha.