14:00 – GRUPP A – QATAR V SENEGAL
Minn Grupp A ser naraw liċ-champions tal-Asja jaffrontaw liċ-champions tal-Afrika. Iż-żewġ timijiet se jkunu qed ifittxu riżultat pożittiv hekk kif l-ebda minhom ma beda fuq sieq tajba kontra l-avversarji rispettivi tagħhom. Il-Qatar sofrew telfa fl-ewwel logħba tal-kompetizzjoni kontra l-Ekwador filwaqt li s-Senegal tilfu kontra l-Olanda li huma meqjusa bħala wieħed mill-favoriti biex jirbħu t-Tazza tad-Dinja
Il-kowċ tas-Senegal Aliou Cisse ħeġġeġ lill-plejers tiegħu jkunu iktar preċiżi quddiem il-lasta hekk kif fallew bosta okkażjonijiet kontra l-Olanda, li eventwalment sarfu f’telfa.
//= $special ?>