Lokali

Illejla jiftaħ il-Kunsill Ġenerali tal-PN

Illejla se jkun qed jiftaħ il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fis-Sub-Headquarters tal-Partit, Ta’ Sannat, Għawdex.

L-ewwel sessjoni se tibda fis-6:30pm bil-kelliema ewlenin se jkunu s-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino u l-President tal-Kunsill Ġenerali, Mark Anthony Sammut.

Imbagħad, għada fid-9am se jsiru numru ta’ workshops u sessjoni plenarja fid-Dar Ċentrali, f’Tal-Pietà biex il-Ħadd fl-10am ikun hemm l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali bid-diskors tal-Kap tal-PN, Bernard Grech.